Il-Grupp tal-PPE introduċa l-Midalja ta’ Robert Schuman f’Lulju 1986 biex jagħti ġieħ lil persuni pubbliċi li ressqu l-quddiem il-kawża tal-paċi, l-ħolqien tal-Ewropa u l-valuri umani permezz tal-attivitajiet pubbliċi u l-impenn personali.
Il-Grupp tal-PPE ppreżenta l-Midalja ta’ Robert Schuman lill-persuni pubbliċi li kellhom influwenza speċjali fuq il-ħidma tal-Grupp, u jinkludu eks Kapijiet ta’ Stat u Gvern, Presidenti tal-Parlament Ewropew u Chairpersons tal-Grupp Parlamentari, eks Ministri u Membri tal-Kummissjoni u Membri tal-Parlament Ewropew. Tajna unur ukoll lil persuni li m’humiex parti mill-Unjoni Ewropea, għal ħidma tagħhom f’attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Midalja ta’ Robert Schuman għandha l-isem ta’ persuna Franċiż, li fl-1950, ippropona li l-Ġermanja u pajjiżi oħra milqutin mill-gwerra, għandhom jistabbilixxu l-paċi fost il-popli Ewropej permezz ta’ Komunità Ewropea ġdida b’istituzzjonijiet b’saħħithom u demokratiċi.
Il-Midalja tonora irġiel u nisa li l-kuraġġ u l-viżjoni tagħhom għenu biex jingħaqad il-kontinent Ewropew, u jġibu fid-dinja l-valuri tal-libertà u d-demokrazija li tidentifika magħhom il-familja politika tagħna.
{received by Veran MATIC}